Neville Mamo intbgħat erba’ snin ħabs wara li ammetta li kien assoċċjat ma’ persuna sabiex tiġi ttraffikata d-droga u li kellu fil-pussess tiegħu l-istess droga.
Fil-Qorti l-Ħamis filgħodu l-Maġistrat Giovanni Grixti sema’ kif lura fl-2010 Mamo flimkien ma’ żewġt aħwa li isimhom ma jistax jixxandar ftehmu biex ibigħu 4,736 gramma kannabis bil-valur ta’ aktar minn 30,000 ewro lil Anthony Calleja bil-għan li din tiġi traffikata.
Il-każ seħħ fl-10 ta’ Frar tal-2010.
Mamo ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontih fosthom li kien assoċċjat ma’ persuna sabiex tiġi ttraffikata d-droga u li kellu fil-pussess tiegħu sustanzi lleċiti.
Huwa b’hekk instab ħati u intbgħat erba’ snin ħabs u ġie ordnat iħallas multa’ ta’ ħmistax-il elf ewro.
Il-propjetà tiegħu ġiet ukoll kkonfiskata.