Illum ser tingħata l-aħħar tislima s-suldat Christine Gauci – One News

Illum ser tingħata l-aħħar tislima s-suldat Christine Gauci

Christine Gauci, il-membru tal-Forzi Armati ta’ Malta ta’ 35 sena, li s-Sibt li għadda tilfet ħajjitha traġikament waqt li kienet qed togħodos fi Mġarr ix-Xini, ser tkun qed tingħata l-aħħar tislima llum.

Il-funeral ser isir fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex.

Fis-2:30pm ser isir Korteo Funebri bis-sehem tal-Banda La Stella u fit-3:15pm ser ikun qed tislima minn stakkament tal-Forzi Armati minn Triq ir-Reppublika sa Pjazza San Ġorġ. Filwaqt li fl-4:00pm ser issir il-quddies praesente cadavere ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Intant l-Ewroparlamentari Josianne Cutajar fuq post fuq il-paġna tal-Facebook kitebet li “Suppost kellek tigi ħdejja Brussell u mhux jien niġi minn Brussell biex nagħtik l-aħħar tislima.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend