Protesti għal kif qed jitqassmu l-immigranti – One News

Notifiki

Protesti għal kif qed jitqassmu l-immigranti

Fil-gżejjer Griegi ta’ Lesbos, Samos u Chios qed isiru protesti u strajks b’reazzjoni għall-mod kif il-Gvern qed jamministra l-wasliet tal-immigranti mit-Turkija.

Kulma jmur, in-numru ta’ immigranti qed jiżdied, u l-kundizzjonijiet fil-kampijiet huma diżastrużi hekk kif qed jagħtu refuġju lil ammont ta’ persuni ferm iktar minn kemm jifilħu.

Fuq il-kartelluni, id-dimostranti qed jappellaw biex jieħdu l-gżira tagħhom lura u rreferew għall-kampijiet bħala ħabs.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend