Immultat €1,800 wara li nqabad isuq xurban – One News

Notifiki

Immultat €1,800 wara li nqabad isuq xurban

Il-Qorti tal-Appell ikkundannat lil Wayne Portelli jħallas multa  ta’ €1,800 u ssospendietlu l-liċenzja tas-sewqan wara li l-ewwel Qorti kienet illiberatu mill-akkużi li nġiebu kontrih minħabba żball f’dokument tal-pulizija.

Fil-qorti ngħad li f’affidavit imressaq mill-uffiċjal tal-Pulizija li tella’ lil Portelli l-Qorti kien hemm numru nieqes mill-karta tal-identità tal-akkużat.

Il-Prosekuzzjoni kienet appellat mid-deċiżjoni għax argumentat li ma kienx sew li minħabba żball, l-akkużat joħroġ illiberat.

Il-każ seħħ f’Diċembru ta’ sentejn ilu meta Portelli rrifjuta li jagħti d-dettalji tiegħu lill-Pulizija wara li lemħuh fil-pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq id-dashboard. Kien hawn li l-Pulizija xammew riħa qawwija ta’ xorb u li l-akkużat beda jiħawwad fi kliemu. Saħansitra rrifjuta li jagħmel it-test tan-nifs.

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li n-numru tal-identità tal-akkużat dejjem imniżżel tajjeb ħliet meta ġiet ippreżentata stqarrija tal-Pulizija.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li l-iżball kien ġenwin u għalhekk sabet lil Portelli ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend