Se jippremjaw inizjattivi li jindirizzaw il-ġerħa tas-solitudni – One News

Se jippremjaw inizjattivi li jindirizzaw il-ġerħa tas-solitudni

Dak l-istat mentali li fih tħossok għalkollox waħdek saħansitra jekk tkun f’kamra mimlija nies. Il-faqar soċjali marbut biss ma’ ħwejjeġ materjali iżda wkoll in-nuqqas ta’ interazzjoni mal-bniedem.

Dan stqarru l-President Malti George Vella li għal mument ħares lura lejn il-karriera tiegħu ta’ tabib waqt tnedija ta’ premju li jirrikonoxxi lil dawk l-individwi li qegħdin jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawk milquta mill-probelma tas-solitudni, realtà soċjali li kulma jmur qiegħda tiżdied, l-aktar fost l-anzjani.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija LyonsCare li taħdem fis-settur tal-anzjani stqarr li aktar minn erbgħin fil-mija tal-Maltin għaddew minn esperjenza ta’ solitudni speċjalment l-anzjani. Saħaq li hija faċli biex nitkellmu dwar statistika iżda wara kull numru hemm persuna.

“Ma tistax taħdem fis-settur tal-anzjani mingħajr ma jkollok fil-qiegħ ta’ moħħok jew f’qalbek il-ġid li qed tagħmel għal dan is-settur tal-popolazzjoni. Nafu li fil-komunità u anki fir-residenzi tal-anzjani hawn numri konsiderevoli li għandhom jew ibatu mis-solitudni. In-numru ta’ nies f’solitudni kieku ma jkunx hawn voluntiera jew NGOs jew organizzazzjonijiet li jieħdu inizjattiva issa jekk hux inizjattiva żgħira jew inizjattiva iktar kumplessa però biex jgħinnu dan-nies f’solitudni jew f’riskju ta’ solitudni, in-numri jkunu ħafna akbar.”

Is-Sur Vella spjega li meta l-bniedem jikber ikollu ħafna ħin fuq idu, iżda ċ-ċirku soċjali tiegħu jonqos drastikament u għalhekk faċiliment jispiċċa iżolat/

Il-President Vella faħħar lill-kumpanija għall-inizjattiva li ħadet biex tħeġġeġ aktar nies jagħtu kontribut f’dan il-qasam li kulma jmur, aktar hemm bżonn għarfien dwaru.

“Huwa stat ta’ moħħ li tiżviluppa skont ċirkostanzi differenti u għalhekk jiena nemmen li inizjattiva bħal din hija tajba għaliex jiġu b’ideat kif wieħed jista’ dawn jevitahom to start with, prevention imbagħad anki kif titacklejahom once illi jiġu magħrufa.”

Is-sottomissjonijiet għal dan il-premju se jintlaqgħu sa Mejju li ġej u r-rebbieħ jitħabbar waqt ċerimonja li se tittella’ f’Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend