Raġel b’wiċċu mgħotti u armat iwettaq hold up f’ħanut f’Ta’ Sliema – One News

Notifiki

Raġel b’wiċċu mgħotti u armat iwettaq hold up f’ħanut f’Ta’ Sliema

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ hold up li sar ilbieraħ filgħaxija f’ħanut f’Tas-Sliema.

Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tad-9PM fi Triq l-Imrabat.

Ir-raġel li daħal jisraq u li kellu wiċċu mogħtti b’maktur u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati, mara ta’ żewġ nisa ta’ 56 sena u 36 sena, sabiex jagħtuh il-flus. Intant hekk kif seraq il-flus il-ħalliel ħarab minn fuq il-post.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo, fejn ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan u midDipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend