Il-Qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrest lil Judith Bakoush ta’ 29 sena u Omar Joseph Trabelsi ta’ 31 sena, li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ każ ta’ ħruq ta’ karozza tat-tip Mercedes u ħsarat li ġarbet karozza oħra li kienet ipparkjata ħdejha f’Novembru li għadda.
It-Tlieta, il-Qorti semgħet kif dan kollu sar bi tpattija fuq terzi persuni. Il-mara kienet akkużata wkoll li kienet hi li tat l-ordni biex dan isir u ħeġġgħet lill-persuni l-oħra biex jikkommettu dan ir-reat.
Hi affaċċjat akkużi wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, waqt li Trabelsi kien akkużat li huwa riċediv.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja u d-difiża argumentat li Bakoush dejjem obdiet il-kundizzjonijiet tal-police bail li ingħatat minn tal-anqas ħames darbiet mindu ġiet arrestata.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat b’saħħa għal din it-talba minħabba li r-reat sar bi tpattija fuq persuni oħra.
Jidher ukoll li Omar Joseph Trabelsi kien qed jinżamm l-isptar Monte Karmeli biex jegħleb il-vizzju tad-droga. minkejja li ntalbet tordna divjett fu q isem ir-raġel, il-Qorti rrifjutat, u ordnat lid-direttur tal-ħabs biex Trabelsi jingħata l-kura li għandu bżonn.