Il-Pulizija qed tinvestiga kull allegazzjoni b’rabta ma’ Silvio Valletta – One News

Notifiki

Il-Pulizija qed tinvestiga kull allegazzjoni b’rabta ma’ Silvio Valletta

Fi staqrrija l-Pulizija qalet li b’referenza għad-domandi li qegħdin isiru dwar rapporti li jinvolvu lill-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta u s-Sur Yorgen Fenech, jixtiequ jikkjarifikaw li malli ġie għad-dispożizzjoni ta’ dak irrapportat fil-midja l-Ħadd illi għadda, immedjatament fetaħ investigazzjoni.

Il-Pulizija qalet li s-Sur Valletta ġie mitkellem fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dwar dawn l-allegazzjonijiet illi qegħdin isiru.

Intant, l-investigazzjonijiet fil-konfront tas-Sur Valletta u fuq kull allegazzjoni li saret, għadhom għaddejjin

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend