Wara sentejn u nofs nieqes mill-kabinett tal-ministri, Anton Refalo ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumaturi.
Iċ-ċerimonja tal-ħatra saret fil-Palazz tal-President ta’ San Anton it-Tlieta waranofsinhar, meta nħatar mill-President ta’ Malta George Vella, fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
Il-ħatra ta’ Refola, veteran fil-politika ta’ pajjiżna, saret wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Ministru Clint Camilleri nħatar Ministru għal Għawdex.
Dan biex jimli post id-deputat Justyne Caruana li t-Tnejn irriżenjat mill-kariga.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Anton Refalo qal li se jaħdem biex issaħħaħ il-jeddijiet tal-bdiew u s-sajjieda għax qal li huma pilastri importanti għall-gżejjer Maltin.
F’kummenti lill-ġuranlisti fi tmiem il-ġurament tal-ħatra, il-Prim Ministru sostna li jinsab ottimist li bit-tmexxija tal-Ministru Refalo, il-qasam tal-biedja, sajd u d-drittijiet tal-annimali se jieħu spinta ’l quddiem.
Tenna wkoll l-entużjażmu li pajjiżna għandu Kabinett u Gvern b’saħħtu biex iwettaq ħidma sfieqa.