Ifeġġu aktar każijiet ta’ virus misterjuż fiċ-Ċina – One News

Notifiki

Ifeġġu aktar każijiet ta’ virus misterjuż fiċ-Ċina

L-awtoritajiet Ċiniżi rrappurtaw 139 każ ġdid ta’ virus misterjuż f’jumejn.

Il-każijiet ġodda ġew irrappurtati fl-ibliet ta’ Wuhan, Beijing u Shenzhen, biex l-infezzjoni jidher li nxterdet ’il barra mill-belt ta’ Wuhan fejn huwa maħsub li oriġinat.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li n-numru ta’ każijiet qed jiżdied minħabba li żdiedu t-testijiet fuq persuni li qed jirrappurtaw li ma jifilħux minħabba problemi respiratorji.

Dan il-virus feġġ għall-ewwel darba f’Diċembru fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina, iżda nstab f’pajjiżi oħra, b’żewġ każijiet ġew irrappurtati fit-Tajlandja, u każ ieħor fil-Ġappun.

Ritratt: EPA

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend