Id-dokumentarju tal-ġurnalist Franċiż dwar l-IIP uża filmat imbagħbas – One News

Notifiki

Id-dokumentarju tal-ġurnalist Franċiż dwar l-IIP uża filmat imbagħbas


Id-ditta legali Chetcuti Cauchi ppubblikat il-filmat sħiħ ta’ intervista li saret mill-istazzjon Franċiż u sostniet li dan jiskolpaha minn kull allegazzjoni li saru dwarhom fosthom li xi ħadd jista’ jagħlaq għajnejh dwar applikazzjonijiet għall-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Kawża ta’ dawn l-allegazzjonijiet u l-manipulazzjoni tal-intervista, il-kumpanija kellha l-liċenzja tagħha sospiża.

Fi stqarrija, l-Avukat Jean Chetcuti Cauchi sostna li l-istazzjon M6 immanipula l-filmati miġbuda f’intervista bejnu u bejn ġurnalist Franċiż li kien qiegħed jagħmilha ta’ rappreżentant ta’ klijent dubjuż mill-Afrika.

Chetcuti Cauchi nnota kif diversi sezzjonijiet tal-midja Maltija qiesu dawn l-allegazzjonijiet bħala fatt u ħadd ma nnota li kollox ġie tradott għall-Franċiż, meta l-laqgħa saret bl-Ingliż.

Fil-filmat oriġinali li damet madwar sitt minuti, l-Avukat sostna li huwa tkellem dwar il-proċess ta’ skrutinju rigoruż tal-IIP iżda l-Franċiżi xandru biss ftit sekondi li fihom wieġeb dwar kif inzerta jaf ministru.

Fil-filmat intqal: “Malta ranks first in due diligance Malta ranks 1st in due diligence because it also takes into account reputation … so even though they might be cleared or they might prove they’re innocent, it’s still bad press.”

Id-ditta legali Maltija qalet li kienet ilha x-xhur tipprova tikseb il-filmat sħiħ li l-Franċiżi xandru biss ftit partijiet minnu.

Qalet li malli saru dawn l-allegazzjonijiet, bdiet proċeduri fil-qorti kriminali Franċiża kontra l-aġenzija Franċiża.

Spjegat li l-filmat sħiħ intbagħat wara li l-aġenzija bdiet teħel multa kuljum talli ostakolat il-ġustizzja.

Il-filmat kollu jurih jgħid lill-ġurnalist li huma ma jieħdux f’idejhom applikazzjonijiet ta’ persuni b’rekord kriminali. Meta mistoqsi dwar l-użu tar-relazzjonijiet professjonali mal-awtoritajiet, huwa wieġbu li dan ma jfissirx li seta’ jagħmel xi ħaġa li ma setax jagħmilha u kien jgħidilhom ċar u tond li ma setax jgħinhom.

Intqal ukoll: “I’m always very careful to explain to people like that, look it doesn’t mean I can get something done if it’s not.  so that’s the way I operate, so to do it the right way, if there is a concern, address the concern. and if it’s not doable, we can be honest and say, I can’t help here.”

L-Avukat Chetcuti Cauchi nstema’ jgħid ukoll li l-programm Malti jindaga fuq kull applikant.

Huwa sostna: “If it’s not on Google or in the press? How do they know from the country? Because of the local due diligence that they do. They engage 2 or 3 due diligance agents sometimes they have boots on the ground – so you wouldn’t play like this.- No the best thing is to disclose it. “

L-Avukat Chetcuti Cauchi temm jgħid li dan ma kien xejn għajr prattika ħażina ta’ ġurnaliżmu u eżempju ċar ta’ kif  attivisti u ġurnalisti, b’mod illegali u kontra kull etika jippruvaw iniżżlu pajjiż.

Intant, l-istazzjon Franċiż diġà neħħa l-filmat manipulattiv minn fuq is-sit tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend