Arrestat wara li allegatament wettaq sitt serqiet – One News

Arrestat wara li allegatament wettaq sitt serqiet

Raġel ta’ 39 sena mill-Marsa kien arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd wara li allegatament wettaq diversi serqiet minn ħwienet differenti.

Huwa se jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tan-12:30, fejn se jaffaċċja 20 akkuża, fosthom li bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar wettaq sitt serqiet f’Ħal Qormi, f’Tas-Sliema, fil-Gżira u fl-Iklin.

Is-seduta se tkun ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend