ARA: L-ewwel karozza tal-linja elettrika fit-toroq Maltin – One News

Notifiki

ARA: L-ewwel karozza tal-linja elettrika fit-toroq Maltin


Fil-ġimgħat li ġejjin, fit-toroq Maltin se tibda tterraq l-ewwel karozza tal-linja li taħdem kompletament bl-elettriku.

Dan bħala parti minn proġett pilota tal-kumpanija Malta Public Transport u Transport Malta.

Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Konrad Pulè qal li permezz ta’ din il-karozza tal-linja elettriku, se jistudjaw il-possibbilità li jiżdiedu aktar karozzi tal-linja elettriċi fil-flotta tal-kumpanija.

Huwa stqarr: “L-għan huwa li nitgħallmu minnu dan il-proġett, jiġfieri din hija l-ewwel karozza tal-elettriku f’Malta u għandna bżonn l-esperjenza ta’ kif taħdem fit-toroq tagħna, fl-ambjent tagħna, fit-telgħat tagħna, fin-niżliet tagħna, l-ammont ta’ nies li ntellgħu.”

Is-Sur Pulè spjega li din il-karozza tal-linja mhux se tibdel xi rotta partikolari, anzi se tkun qed iżżid mar-rotot li hemm bħalissa biex ma tikkawżax problemi fuq ir-rotot preżenti.

L-ewwel vjaġġi li se tagħmel se jkunu madwar ix-xatt tal-Belt.

Huwa żied jispjega kif din il-karozza tal-linja taħdem bil-batterji li jinsabu fuq wara tal-vettura.

Is-Sur Pulè sostna: “Dawn il-batteries se jkunu ċċarġjati matul il-lejl u imbagħad matul il-ġurnata se tintuża fuq rotta normali. l-idea ukoll hija li s-sistema tagħha bażikament bil-breaking system tiċċarġja wkoll, jiġifieri iktar kemm ikollok rotot fejn waqfiet fejn għandna malta, qed terġa’ tiċċarġja u dik hija xi ħaġa importanti.”

Id-Direttur ta’ Autobus de Léon Felipe Cosmen qal kif is-sostennibiltà u l-ambjent huma importanti għall-kumpanija, bil-għan ewlieni hu li tkun l-għażla naturali għal Maltin biex jivvjaġġaw.

Is-Sur Cosmen qal kif il-flotta preżenti hija waħda mill-aktar nadifa fl-Ewropa, permezz tal-vetturi li għandhom magna Euro 6.

Iċ-ċermen u Kap Eżekkutiv ta’ Transport Malta Joseph Bugeja qal li dan l-investiment hwa pass ‘il quddiem għat-transport pubbliku f’pajjiżna. Dan fl-isfond li l-patronaġġ żdied bi 11% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend