“Kont, għadni u se nibqa’ kburi li jien Laburist” – Chris Fearne  – One News

Notifiki

“Kont, għadni u se nibqa’ kburi li jien Laburist” – Chris Fearne 

“Kont, għadni u se nibqa’ kburi li jien Laburist.”

Kliem id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, fl-ewwel diskors tiegħu wara l-elezzjoni għall-mexxej tal-Partit Laburista.

Quddiem folla numeruża f’Bormla, Chris Fearne rrimarka t-tajjeb li sar fl-aħħar seba’ snin fejn minn ekonomija li kienet sejra lura bħall-granċ, inbidlet f’ekonomija li hija fost l-aqwa fl-Ewropa.

Qal li l-ġid li sar fl-aħħar seba’ snin huwa l-bażi biex inkomplu nibnu għas-snin li ġejjin.

“Minn issa ’l quddiem, irridu nkunu iżjed bojod mis-silġ. Ma nistgħux nħallu lanqas dell ta’ tebgħa waħda tħammġilna wiċċna jew isimna.”

Is-sigriet huwa l-għaqda. Chris Fearne qal li l-Partit Laburista jrid jibqa’ magħqud biex ikun miftuħ għal kulħadd.

“Il-Partit tagħna twieled mitt sena ilu bil-valuri nobbli li ngħinu l-aktar lil min l-aktar li għandu bżonn. Dak il-valur irridu nżommuh u issa għandna l-opportunità li ntwettquh fil-prattika.”

Intant, il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lil Chris Fearne u lil dawk kollha li appoġġjawh tal-maturità kbira u tal-messaġġ li ntbagħat mill-ewwel biex jinġibed ħabel wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend