Jiċċelebraw il-Milied f’Jannar bħala familja waħda – One News

Jiċċelebraw il-Milied f’Jannar bħala familja waħda

Il-Ħadd waranofsinhar, madwar 300 tifel u tifla flimkien m’anzjani u persuni b’diżabiltà, iċċelebraw festin tal-Milied li ġie organizzat mill-Fondazzjoni Daqqa t’Id, biex iferraħ lil dawk li jkunu waħidhom matul iż-żminijiet ta’ festi.

“Il-festi għandu jsir dejjem f’Jannar, għaliex? Għax aħna bħala fondazzjoni nagħtu ċ-ċans lillhom igawdu l-Milied,il-mod tagħhom kif iridu, hawn min imur igawdi naqa imma l-ftit. Pero aħna imbagħad noħolqu festa sabiħa kbira ilhi nagħmlu t-tielet ġimgħa ta’ Jannar”

Matul dan il-festin, kull tifel u tifla ngħataw rigali minn karrattri relatati mal-Milied bħal Befana u Missier il-Milied.

Bi tbissima minn widna sa widna, it-tfal esprimew il-ferħ tagħhom għal dan il-festin, li kien evidenti wkoll fil-ħarsa t’għajnejhom u bir-rigali li ngħataw.

Biex anki jekk il-Milied wasal tard għal dawn it-tfal u anzjani, permezz ta’ dan il-festin li jsir kull sena jiċċelebrawh b’mod differenti, iżda xorta bħala familja waħda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend