Għada t-Tnejn 20 ta’ Jannar 2020 fid-disgħa ta’ filgħaxija fuq ONE ser jixxandar il-finali tant mistenni tal-programm HazZzard. Nistgħu esklussivament niżvelaw li l-istudjo fejn is-soltu jospita biss lil preżentatriċi, l-edizzjoni se jinbidel totalment u ser ikollu dehra kompletament differenti minn kif konna naraw matul is-sensiela. Għada t-Tnejn, l-istudjo ser jospita wkoll lill-parteċipanti kollha, kemm dawk eliminati u anke dawk li għadhom fl-avventura.
Fil-finali ta’ għada, ser insegwu l-aħħar sfida diffiċli għall-ħames parteċipanti li għad fadal fl-avventura. Il-finalisti imbgħad ser jittantaw xortiehom biex jiftħu t-teżor. L-element tal-fortuna jilgħab parti importanti ħafna. Min għandu f’ idejħ l-unika ċavetta li ser tagħti aċċess għat-teżor, u jkun ir-rebbieħ ta’ HazZzard? Dan il-mument partikolari jagħlaq l-edizzjoni ta’ kull sena, il-mument li nsiru nafu min hu r-rebbieħ.
It-tim tal-produzzjoni jixtieq jirringrazzja lil kull min b’ xi mod jew ieħor jagħti s-sehem tiegħu fil-programm u għalhekk jagħmel parti minn din il-familja kbira ta’ HazZzard. Grazzi kbira tmur lill-dawk li jirreklamaw maghna u jagħtuna l-fiduċja tagħhom, kif ukoll lit-telespettaturi tal-programm. Grazzi wkoll lil parteċipanti kollha u lil membri tal-ekwipaġġ. Bis-sehem ta’ kullħadd dan il-programm jista jkun possibbli.
Għada fid-21:00, HazZzard, titilfuħx!