Ħtieġa t’aktar minn 700 impjieg fl-industrija tal-logħob – One News

Notifiki

Ħtieġa t’aktar minn 700 impjieg fl-industrija tal-logħob

Bħalissa f’pajjiżna hawn 730 post tax-xogħol x’jimtlew fl-industrija tal-logħob hekk kif id-domanda ta’ dan il-qasam f’pajjiżna qed tkompli tikber b’rata aktar mgħaġġla.

Dan saħqu ma’ ONE News il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, Heathcliff Farrugia, fid-dawl tal-aħħar analiżi dwar l-impjiegi f’dan il-qasam. Huwa stqarr: “Meta tħares ukoll sena b’sena, l-impjiegi diretti fl-industrija tal-gaming żdiedu b’200 ruħ. Għalkemm żdied, xorta għandna sitwazzjoni fejn għandna 730 post fl-industrija. Għalkemm tnaqqsu, l-industrija hawn Malta għandha domanda li qed tikber, jiġifieri supply is bigger than demand.”

Fil-fatt, karatteristika li issa drajna norbtu ma’ din l-industrija huwa l-bżonn ta’ ħaddiema barranin biex jilħqu mad-domanda tas-suq lokali.

Iżda bil-għan li aktar Maltin isibu xogħol f’dan il-qasam, l-Awtorità u partijiet oħra nvoluti kontinwament joħolqu opportunitajiet ta’ taħriġ u korsijiet ta’ livell għoli, fosthom b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST.

Is-Sur Farrugia sostna: “Għalija hija diġà inkoraġġanti ħafna li fl-ewwel sena u għandek 100 student li għażlu karriera fl-igaming. Fis-snin li ġejjin se naraw dan-numru jikber. Inizjattiva li għamilna wkoll grazzi għal Gaming Malta hija wkoll student placement programme.”

Apparti aktar ħidma biex toħloq opportunitajiet ġodda għal taħriġ u impjieg fl-industrija, din is-sena l-awtorità għal-logħob se tiffoka wkoll fuq l-infurzar, bħal ma diġà wriet meta jiem ilu immultat lill-kumpanija Blackrock Media Limited talli tat servizzi li ma kinitx awtorizzata li tagħti.

Is-Sur Farrugia temm jgħid: “Aħna rridu nkunu ċerti li jekk hemm elementi bħal kumpaniji li qed jużaw lil Malta b’mod illegali li qed inaffru l-ħidma tal-oħrajn inwaqqfuhom biex din l-industrija li tant hija prezzjuża għal pajjiżna, nipproteġuha.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend