Tiżdied ġurnata leave oħra għall-ħaddiema kollha – One News

Notifiki

Tiżdied ġurnata leave oħra għall-ħaddiema kollha


Mill-ewwel ta’ Jannar il-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin żdiditilhom ġurnata oħra mal-leave tagħhom.

Dan wara li għat-tielet sena konsekuttiva fil-baġit għal din is-sena l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat radd ġurnata oħra leave li l-ħaddiema kienu nsterqu mill-amministrazzjoni Nazzjonalista. Dan meta ttieħdu l-festi pubbliċi kollha li kienu jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa

ONE News żar it-toroq tal-Belt fejn tkellimna ma’ bosta ħaddiema li nzertaw igawdu l-aħħar jiem ta’ festi qabel jerġgħu jidħlu għar-rutina tagħhom ta’ kuljum.

Ir-reazzjoni tan-nies li tkellimna magħhom kienet waħda ta’ sodisfazzjon. Irrimarkaw li fl-aħħar, il-ħaddiema Maltin qegħdin jingħataw lura s-sigħat ta’ leave li kienu nsterqu minn Gvern Nazzjonalista. Dawk li tkellimna magħhom qalulna:

  • “Xi ħaġa tajba għal min jaħdem ħafna hu. Dawk li ħaduwomna issa qed jagħtuhomna bil-mod il-mod. Xi ħaġa tajba.”
  • “Hija xi ħaġa tajba għax dawn kien hemm żminijiet meta dawn ittieħdu u ma reġawx ingħataw. Issa llum qed ingawdu minn din l-inizjattiva li ħa l-Gvern li aħna qegħdin nieħdu din il-ġurnata leave.”
  • “Naħseb naqbel magħha hux. Ġurnata oħra holiday.”
  • “Jien naħseb ta’ benefiċċju. Kulħadd jieħu gost biha.”

Kien hemm ukoll min iddeskriva kif beħsiebu jqatta’ dan il-ħin barra mill-post tax-xogħol.

Ħafna jsemmu l-familja u l-ħruġ:

  • “Issib iżjed ċans fejn tmur hux. Ikollok qadja jew hekk.”
  • “Le tajjeb għax ikollna ġurnata extra u ngawdu mal-familja. Aħna working mother bit-tfal hux jiġifieri ‘its a good incentive.’”
  • “Tajba hux imqassma matul is-sena. Mistosqsija kif ħa jqattgħu ġurnata oħra leave. Qalilna:  “Mhux mal-familja.”
  • “Tajba ħafna. Immur nieħu pjaċir mal-ħbieb tiegħi u mmur id-dar.”
  • “Ġeneralment mal-familja hux u mal-ħbieb u hekk. Ikollok bżonn waħda leave hux naqa’ break mix-xogħol.”

ONE News tkellem ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja li tiġbor fi ħdanha eluf ta’ ħaddiema minn kull settur tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Qal li l-GWU mbuttat kemm felħet biex dawn il-jiem jingħataw lura lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Is-Sur Bugeja stqarr: “Issa din it-tielet ġurnata li qed jingħata l-ħaddiem. Jiġifieri hawnekk qiegħdin nitkellmu li l-ħaddiem għandu ċans 24 siegħa extra fis-sena iqattagħhom mal-familja biex mhux verament il-ħaddiem ikun għax-xogħol biss imma jkun juża x-xogħol biex iqatta’ iktar ħin mal-familja u jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend