Stennija għall-ewwel diskors tal-PM Robert Abela f’Bormla – One News

Notifiki

Stennija għall-ewwel diskors tal-PM Robert Abela f’Bormla

Ġimgħa biss wara li Robert Abela kien elett bħala mexxej tal-Partit Laburista u maħtur l-14-il Prim Ministru ta’ pajjiżna se tittella’ l-ewwel attività politka tal-Ħadd f’Bormla, b’diskors mill-Prim Ministru stess.

L-attività  tad-19 ta’ Jannar se ssir fl-10:30 ta’ filgħodu fi Triq Dom Mintoff f’Bormla. Il-poplu Malti u Għawdxi huwa mħeġġeġ jattendi u jagħti merħba sabiħa lill-Prim Ministru.

Is-Segretarju organizzattiv tal-Partit Laburista William Lewis appella lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex jagħtu l-appoġġ lill-Prim Ministru u jkompli jisma’ l-viżjoni tiegħu ta’ kif se jmexxi l-pajjiż. B’hekk, aħna lkoll inkomplu nkunu parti minn  dan il-vjaġġ ta’ kontinwità.

Is-Sur Lewis appella: “Għada ħa jkun l-ewwel diskors tal-Prim Ministru Dr Robert Abela bħala Prim Ministru wara li bħal lum ġimgħa huwa ġie maħtur mexxej tal-Partit Laburista għaldaqstant għada ħa jkun qed issir attività kbira tal-massa fejn hemmhekk inħeġġu lil dawk kollha li qed isegwuna biex jingħaqdu magħna biex jagħtu l-merħba kbira tagħhom lill-Prim Ministru Robert Abela fejn żgur li wara li din il-ġimgħa diġà ura d-deċiżjonijiet li diġà beda jieħu ħa jagħtina pjan ta’ kif ħa jkompli jmexxi dan il-pajjiż.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend