Errol Agius ta’ 40 sena miż-Żejtun ntbagħat erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
F’sentenza li kien ingħata mill-Maġistrat Aaron Bugeja, f’Marzu tal-2019 huwa kien ordnat li jkun id-dar fid-9:00 ta’ filgħaxija.
Huwa nstab ħati li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt daħal id-dar f’nofsillejl.
Il-Qorti ordnat lill-akkużat iħallas garanzija personali ta’ €10,000.