Studju kontinwu biex jiżguraw servizz sigur  – One News

Notifiki

Studju kontinwu biex jiżguraw servizz sigur 

Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma kontinwament għaddejja b’testijiet fil-laboratorji tagħha biex tiżgura li l-kwalità tal-ilma li jasal fi djarna hija tal-ogħla livell.

F’laboratorju ewlieni tal-Korporazzjoni stess iltqajna ma’ numru ta’ xjentisti li dak il-ħin kienu impenjati b’test partikolari li jsir ta’ sikwit biex jiżgura fost l-oħrajn is-sigurtà tal-ilma li jasal fid-djar.

Hawnhekk, b’rabta ma’ studju li fl-aħħar sigħat rabat kimika fl-ilma ma’ tip partikolari ta’ kanċer, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni, Richard Bilocca, qal li l-livell ta’ din il-kimika fl-ilma hija dik permessa mil-liġi.

Il-Korporazzjoni għaddejja bi proġett estensiv biex kemm it-togħma u kemm il-kwalità tal-ilma li jasal fid-djar jitjieb. Dan billi fost l-oħrajn jitnaqqsu l-kimiċi fl-ilma stess, inkluż dik li fuqha saru dawn l-assunsjonijiet, li hija kimika essenzjali ġejja mill-klorin.

Għal dan l-għan il-Korporazzjoni u l-impjegati tagħha ilhom madwar sena u nofs tistudja teknoloġiji ġodda li jistgħu jintużaw għas-salvagwardja tal-ilma li jasal fi djarna.

Dan apparti proġett ieħor ta’ mina bejn Pembroke u Ta’ Qali, il-korporazzjoni se tkun tista’ żżid l-ammont ta’ ilma tar-reverse osmosis fit-taħlita tal-ilma li jasal fid-djar, li wkoll se jnaqqas il-kimiċi fl-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend