Instabu seba’ katavri f’qabar, f’art indiġena fil-Panama li hija kkontrollota minn grupp reliġjuż. Filwaqt li hmistax oħra salvaw.
Il-persuni mejta jinkludu mara li kienet qed tistenna tarbija f’ġufha u l-ħamest itfal tagħha.
L-awtoritajiet jemmnu li xi grupp ta’ reliġjon għamel eżorċiżmu fuq il-vittmi fir-reġjun ta’ Ngabe-Bugle f’Panama. Għaxar persuni fosthom minuri ġew arrestati b’suspett fuq dan il-każ.
Il-prosekutur Rafael Baloyes tenna li l-qabar instab meta tal-lokal wissew lill-awtoritajiet li diversi familji kien qed jiġu miżmuma kontra l-volonta tagħhom minn grupp ta’ indiġeni li jmexxu knisja. Din l-art li instabet tinsab f’post remot ħafna madwar 250KM l’barra mill-Belt ta’ Panama u hija kkontrollata minn dan il-grupp li jisimhom New Light of God.
Il-ħmistax-il persuna li salvaw kienu qed isofru minn grieħi u daqqiet f’diversi partijiet minn ġisimhom.