Kuntrattur ordnat minn Infrastruttura Malta sabiex jerġa’ jagħmel wiċċ ġdid ta’ triq fir-Rabat wara li ma laħaqx mal-livelli ta’ kwalità – One News

Notifiki

Kuntrattur ordnat minn Infrastruttura Malta sabiex jerġa’ jagħmel wiċċ ġdid ta’ triq fir-Rabat wara li ma laħaqx mal-livelli ta’ kwalità

L-aġenżija Infrastruttura Malta qalet li ordnat kuntrattur sabiex jerġa’ jagħmel wiċċ ġdid għal Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat. Dan wara li x-xahar li għadda triq it-triq tlestiet iżda l-wiċċ ta’ din it-triq ma laħaqx mal-kwalità li timponi l-istess aġenżija.

L-aġenżija qalet li dan ix-xogħol se jkun lest sal-lejla, filwaqt li l-ispejjeż huma f’idejn il-kuntrattur.

Ix-xogħol li qed isir f’din it-triq fir-Rabat jinkludi t-tneħħija tal-asfalt diffettuż u qed tingħata saff ġdid ta’ asfalt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend