Tyron Difesa ta’ 22 sena minn San Ġwann inżamm arrestat wara li lbieraħ inqabad bid-droga kannabis, li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Difesa kien mixli wkoll li saq il-karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan u li l-karozza ma kinitx koperta b’polza tal-assigurazzjoni.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Scerri ma laqitx it-talba tal-ħelsien mill-arrest għar-raġuni li l-imputati hedded tliet membri tal-korp tal-pulizija meta fis-sigħat bikrin tal-Ħamis waqfu lill-imputat fi Vjal ir-Rihan San Ġwann. Fil-Qorti nstema kif Difesa nqabad għat-tieni darba jsuq karozza mingħajr liċenzja, kif ukoll li hu riċediv.
http://www.one.com.mt/2020/01/17/zaghzugh-arrestat-wara-li-nstab-fil-pussess-tad-droga-waqt-ronda-tal-pulizija-1/