Ix-Xagħra tiċċelebra l-festa ta’ Sant’Anton Abbati – One News

Notifiki

Ix-Xagħra tiċċelebra l-festa ta’ Sant’Anton Abbati

Hekk kif illum jaħbat is-17 ta’ Jannar, il-Komunità ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra Għawdex qed tiċċelebra l-festa ta’ dan il-padrun.

Sant’Anton huwa meqjus bħala l-protettur tal-annimali u tal-mard tal-ġilda, filwaqt li l-ħajja tiegħu ġiet miktuba minn Athanasius ta’ Lixandra.

Il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati li tinsab fin-naħat tal-Qaċċa tar-raħal pittoresk tax-Xagħra kienet l-ewwel parroċċa ta’ dan ir-raħal fl-1688, iżda għalkemm wara ma’ baqgħetx tgawdi minn dan it-titlu, xorta waħda baqgħet miftuħa għan-nies ta’ din il-komunità, fejn sal-lum il-ġurnata xorta waħda baqgħu jiċċelebraw din il-festa.

Għalkemm il-festa liturġika ta’ Sant’Anton Abbati tiġi ċċelebrata llum, ix-Xagħra ser tiċċelebra din il-festa nhar il-Ħadd li ġej.

Intant, f’attivita oħra mill-Ministeru għal Għawdex, is-Sibt 18 ta’ Jannar ser titella’ ‘Tutti Frutti’ fil-ġonna tal-Villa Rundle bejn l-10AM u 5PM, fejn b’dawn l-attivitajiet Għawdex qed ikun id-destinazzjoni għal kulħadd anke f’dawn il-jiem ta’ Jannar.

Segwi l-Programm:

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend