Il-President fiduċjuż li l-Prim Ministru Abela se jagħti stabiltà – One News

Notifiki

Il-President fiduċjuż li l-Prim Ministru Abela se jagħti stabiltà

Il-President ta’ Malta George Vella awgura lil Prim Ministru l-ġdid Dr. Robert Abela għall-irwol li għandu. Quddiem il-korp diplomatiku, Dr. Vella qal li huwa fiduċjuż li l-Prim Ministru Abela se jagħti stabilità lill-pajjiżna.

“I take this opportunity to congratulate Dr Robert Abela on his assuming the responsibilities of Premiership. I have no doubt that he will face this daunting task of bringing back normality to our country with determination, with resolve and with the full implementation of all his capabilities,in full respect of our institutions and the rule of law.”

Il-President George Vela qal li b’deċiżjonijijiet għaqlin Malta se toħroġ iktar b’saħħitha.

“The events should not be allowed permanently define our history of long-term achievements and contributions to global stability and the promotion of democratic values.”

Temi kurrenti madwar id-dinja fosthom il-vjolenza fil-Libja, in-nirien li ħakmu partijiet fl-Awstralja u affarijiet oħra li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat  ddominaw il-messaġġ tal-President ta’ Malta fl-okkażjoni tal-għoti tal-awguri għas-sena l-ġdida mill-President lill-Korp diplomatiku, fosthom l-ambaxxaturi.

Dr. Vella wassal messaġġ ta’ għaqda lit-tmenin membru tal-korp diplomatiku li jagħtu servizz lill-pajjiżhom fost l-oħrajn f’Malta.

Huwa qali li Malta li lkoll nafu m’hiex dik li ħaddieħor qed jipprova jpinġi.

“The Malta you know all too well by now is a far cry from the negative image that is being projected abroad.”

Il-President ħa l-okkażżjoni wkoll li jirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin talli baqgħu jħaddnu u jimmanifestaw il-valur tas-solidarjetà.

Huwa semma kif l-Ewropa trid tingħaqad iżjed u esprima t-tħassib tiegħu għatt-tensjoni li eskalat dan l-aħħar bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

Ma setax jonqos li jsemmi wkoll il-kunflitt li għaddej wara biebna, fil-Libja u qal li Malta dejjem kienet vuċi favur il-paċi fil-Mediterran.

Għalhekk saħaq li l-komunità internazzjonali għandha żżomm widnejha miftuħa biex l-interessi taċ-ċittadini jibqgħu jiġu mħarsa.

“The situation has been deteriorating over the years. Malta set consistently among those who asked for additional international attention, a call to which I have to say was not always heeded. We always believe that the interests of the Libyans were being sidelined.”

Il-President Vella għalaq l-indirizz tiegħu dwar il-bżonn li d-dinja tagħraf iżjed l-importanza li tindirizza t-tibdil fil-klima.

Qal li n-nirien fl-Awstralja qerdu ħafna mill-biodiversità f’dan il-pajjiż u dan il-fatt ħadd ma jista’ jinjorah.

Dr. Vella qal li għalhekk il-kunċett ta’ żvilupp sostennibli huwa wieħed li rridu nużaw tabilħaqq biex il-pulmuni li għandna madwar id-dinja nsaħħuhom u mhux neqirduhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend