F’messaġġ rari l-mexxej suprem Iranjan jiddefendi l-qawwiet tiegħu – One News

Notifiki

F’messaġġ rari l-mexxej suprem Iranjan jiddefendi l-qawwiet tiegħu

Il-mexxej suprem Iranjan, l-Ayatollah Ali Khamenei ddefenda l-qawwiet militari wara li l-armata Iranjana ammettiet li hija responsabbli għat-tiġrif tal-ajruplan tal-Ukranian International Airlines.
Abbord l-ajruplan kien hemm mija, sitta u sebgħin persuni, fosthom ċittadini Iranjani, li lkoll mietu.

Għall-ewwel darba fi tnax-il sena, l-Ayatollah mexxa t-talb Musulman tal-Ġimgħa u qal li l-għedewwa ta’ pajjiżu kienu kuntenti bil-waqgħa tal-ajruplan daqskemm l-Iran kien sogħbien għall-każ.

L-ajruplan twaqqa’ bi żball wara li l-qawwiet Iranjani sparaw missili ballistiċi fid-direzzjoni ta’ bażijiet militari Amerikani fl-Iraq.

“Hemm bżonn ningħaqdu iktar kontra l-Amerka”, saħaq il-mexxej suprem tal-Iran.

Fakkar li l-Amerka qed tipprova tnessi l-qtil tal-ġeneral tar-gwardja rivoluzzjonarja Qasem Soleimani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend