Il-Mexxej suprem tal-Iran Ayatollah Ali Khamenei ser imexxi t-talb tal-Ġimgħa fil-kapitali Tehran għall-ewwel darba f’tmien snin.
Dan ħa jsir fid-dawl tal-protesti li seħħew dwar t-tiġrif tal-ajruplan Ukranjan mill-militari Iranjana il-ġimgħa li għaddiet. It-tmexxija Iranjana tinsab taħt pressjoni hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż ħadet daqqa ħabba s-sanzjonijiet mill-Istati Uniti.
Il-President Hassan Rouhani appella għall-għaqda nazzjonali u sejjaħ lill-militari sabiex jagħtu rendikont ta’ x’ġara.
Il-linja nternazzjonali Ukranjan Boeing 737-800 kienet qed tivjaġġa lejn Kyiv u kellha abboard diversi passiġġiera lejn il-Kanada meta l-ajruplan iġġarraf wara li telaq mill-Belt Kapitali Tehran li ħasdet il-ħajja ta’ mijja u sitta u sebgħin persuna li kienu jinsabu abbord.
Għal tlett ijiem l-awtoritajiet Iranjani farfru minn kull responsabilità dwar li ġara iżda wara diversi pressjoni ammettew li l-ajruplan fixkluh ma’ missila waqt perjodu fejn kien hemm tenzjoni bejniethom u l-Istati Uniti.