Festa nazzjonali ta’ San Ġużepp fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd li ġej – One News

Notifiki

Festa nazzjonali ta’ San Ġużepp fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd li ġej

L-għaqdiet kollha li jġibu l-isem ta’ San Ġużepp li mhux mifruxa madwar Malta u Għawdex se jingħaqdu flimkien har il-Ħadd li ġej sabiex jiċċelebraw il-festa l-kbira ta’ San Ġużepp.

Din il-festa ta’ nhar il-Ħadd se tkun tagħti bidu għas-Sena Ġużeppina li se tfakkar il-150 sena minn meta l-Beatu Papa Pjiu IX ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali.

Il-festa ta’ nhar il-Ħadd tibda fid-disgħa ta’ filgħodu ġewwa s-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt stess fejn se jkun qed jiġi ċċelebrat Pontifikat Solenni mmexxi minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. Għal din il-quddies huma mistennija li jattendu l-fratellanzi kollha ta’ San Ġużepp, l-għaqdiet mużikali u soċjali u għaqdiet oħra inkluż tal-armar li jġibu isem dan il-patrun.

Wara l-quddies, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu se tkun qed issir Purċissjoni Solenni bil-vara ta’ San Ġużepp li tinsab fl-istess Bażilika b’din l-istatwa ilha aktar minn 325 sena.

Għal din il-purċissjoni se jkun hemm il-frattelanzi kollha ta’ Sna Ġużepp u l-baned Ġużeppini se jingħaqdu f’daqqa, filwaqt li Triq ir-Reppublika u Triq it-Teatru l-Antik se jintramaw b’pavaljuni li ssoltu jintramaw fil-bliet u rħula li jiċċellebraw il-festa ta’ Sna Ġużepp.

Dawn il-festi speċjali se jitkomplew sad-19 ta’ Settembru, meta daikinhar se jkun festa nazzjonali oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend