Celia Falzon ġiet appuntata bħala designate Chief Executive Officer tal-Isptar Mater Dei.
Celia Falzon fil-preżent hi l-Kap Eżekuttiv tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek. Hi għandha Master’s fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Business Administration) li jispeċjalizza fi pjanar strateġiku.
Is-Sinjura Falzon ilha involuta fi proġetti kbar fil-qasam tas-saħħa pubblika sa mill-2014. Fosthom it-tkabbir tal-emerġenza u inizjattivi dwar listi ta’ stennija, kif ukoll kienet strumentali għall-aħħar teknoloġiji fl-isptar Mater Dei bħall-proġett tar-robotika għat-tqassim tal-mediċini.
Is-Sur Ivan Falzon, il-Kap Eżekuttiv attwali tal-isptar Mater Dei se jkun qed iħalli l-kariga fi Frar. Huwa kien ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO ta’ Mater Dei sa mill-2014. Huwa kien strumentali għal diversi proġetti li saru f’Mater Dei matul l-aħħar snin fosthom il-ftuħ ta’ swali ġodda, investimenti ta’ miljuni ta’ ewro f’apparat ġdid bħalma huma l-MRI, CT Scans u Angiosuite, u l-ftuħ taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lis-Sur Falzon għat-tmexxija tiegħu tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li awgura lis-Sinjura Celia Falzon għall-kariga ġdida tagħha.