Bħal-lum Dun Mikiel Xerri u sħabu nqatlu mill-Franċiżi fil-Belt – One News

Notifiki

Bħal-lum Dun Mikiel Xerri u sħabu nqatlu mill-Franċiżi fil-Belt

Aktar minn mitejn sena ilu nqatlu Dun Mikiel Xerri u sħabu li nqabdu fil-fatt jippjanaw rewwixta kontra l-Franċiżi fil-Belt Valleta. 201 sena ilu, dak deskritt bħala patrijott Malti nqatel f’dik li llum nafuha bħala pjazza San Ġorġ fil-Belt.

Dun Mikiel Xerri u sħabu kien ttellgħu kkalzrati mill-Forti Sant’Iermu. Qabel dan l-Isqof Labini kellem lill-ikkundannati għall-mewt.

Din il-ġrajja ġrat fl-isfond tal-imblokk kontra l-Franċiżi wara li f’Settembru tal-1798, il-Maltin qamu kontra l-Franċiżi.

L-irvell kien beda fl-Imdina u malajr infirex mal-pajjiż kollu.

Finalment il-Franċiżi taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Vaubois ikkontrollaw id-dħul għall-Belt Valletta. Ġol-Belt kien fadal Maltin maqbudin u Xerri u sħabu għamlu attentat ta’ rewwixta biex jiftħu l-bibien tal-Belt u b’hekk il-Maltin armati sa snienhom barra l-Bombi jidħlu għall-Franċiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend