L-eks plejer ta’ ‘Sannat Lions’ Antoine Camilleri sospiż 3 snin mill-futbol – One News

L-eks plejer ta’ ‘Sannat Lions’ Antoine Camilleri sospiż 3 snin mill-futbol

L-eks plejer ta’ Sannat Lions Antoine Camilleri ġie sospiż sal-14 ta’ Jannar tal-2023 kif ukoll seba’ logħbiet oħra wara li fil-partita kontra Oratory Youths ta’ nhar is-sibt li għadda agredixxa lil assistent referee Andrea Pavia.

Dan ifisser li Camilleri ġie sospiż għal 3 snin mill-futbol milgħub.

Matul il-logħba fil-grawnd ta’ Kerċem, Camilleri prova jħebb għar-referee u hekk kif induna li ma rnexxilux dar għall-Assistent Referee fejn eventwalment tah daqqtejn ponn f’wiċċu filwaqt li tefgħu mal-art u kompla jtih bis-sieq f’sidru.

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-plejer tressaq il-Qorti t’Għawdex fejn ġie ordnat ma jersaqx lejn il-grawnd għal sena sħiħa u multat €100.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend