Imniedi l-istaġun 2020 tal-‘Mountain Bike’ lokali – One News

Notifiki

Imniedi l-istaġun 2020 tal-‘Mountain Bike’ lokali

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-‘Mountain Bike’ ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020, meta l-istaġun jibda nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar fl-Imġarr.

In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f’ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju. Ser jkun hemm għażla ta’postijiet b’xenarju mill-isbaħ kif ukoll tekniċi li jinkludu – Torri ta’ Lippija, L-Imbordin, Ħaġar Qim, il-Park tal-Majjistral u Selmun.

In-National Point Series ser tkun qed tilqa’ fosta ċiklisti tal-kalibru ta’ Maurice Formosa, Brandon Sultana, Etienne Bonello, Patrick Scicluna, Mark Bonnici, Jason Vella u Marie Claire Aquilina kif ukoll numru ta’ ċiklisti li kienu preżenza regolari fl-istaġun preċedenti. L-Assoċjazzjoni mistennija tilqa’ numru sabiħ ta’ parteċipanti żgħażagħ fil-kategoriji Junior, U15 u U12.

Bħala parti mill-isforzi li l-Assoċjazzjoni qiegħda tagħmel sabiex tattira aktar parteċipanti, ħabbret l-introduzzjoni tal-Kategorija tan-Novice. Din il-kategorija ser tara parteċipanti li għandom ftit esperjenza u għallhekk ser jkunu qegħdin itellqu fuq rotta iqsar u inqas teknika. Midalja ta’ Parteċipazzjoni ser tingħata lil dawk li jikkompetu f’mill-inqas minn tliet avvenimenti minn 5 fi tmiem is-serje.

In-National Point Series ser terġa’ tkun sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjata minn H20nly, Malta Nutrition, Powerbar Malta.

Skeda: Malta Mountain Bike National Point Series:-

Tellieqa Numru 1 – Il-Ħadd 19 ta’ Jannar ta’ Lippija.

Tellieqa Numru 2 – Il-Ħadd 23 ta’ Frar Limbordin.

Tellieqa Numru 3 – Il-Ħadd 15 ta’ Marzu Il-Park tal-Majjistral.

Tellieqa Numru 4 – Il-Ħadd 19 ta’ April Selmun.

Tellieqa Numru 5 – Is-Sibt 4 ta’ Lulju Ħaġar Qim.

It-tlielaq kollha jibdew fit-8:00 ta’ filgħodu, ħlief it-tellieqa finali li ser tibda fil-5 ta’ filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend