Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tindirizza numru ta’ stakeholders fit-turiżmu fl-okkażjoni tal-wasla ta’ 7 miljun passiġġier f’Malta – One News

Notifiki

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tindirizza numru ta’ stakeholders fit-turiżmu fl-okkażjoni tal-wasla ta’ 7 miljun passiġġier f’Malta

Ftit sigħat biss wara li ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għat-Turiżmu, il-Ministru Julia Farrugia Portelli attendiet għal attività organizzata mill-kumpanija li topera l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-MIA, u li għaliha kienu preżenti numru ta’ stakeholders ewlenin fil-qasam turistiku. 

 Dan wara li fl-aħħar jiem, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ fi ħdanu s-seba’ miljun passiġġier.

 F’indirizz qasir li għamlet, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli sostniet kif dan huwa l-għaxar tkabbir konsekuttiv fil-wasliet ta’ passiġġieri fl-ajruport.

 Il-Ministru Farrugia Portelli rringrazzjat lill-istakeholders kollha tal-kontribut siewi li qed jagħtu, u li qed iwassal biex pajjiżna jkompli jkabbar din l-industrija turistika, fost l-oħrajn lill-MIA, li għandha rwol kruċjali f’dan il-qasam.

 Il-Ministru Farrugia Portelli semmiet kif fis-sigħat li ġejjin se tkun qed tibda mal-ewwel b’numru ta’ laqgħat mal-istakeholders ewlenin fis-settur.

 L-attività kienet indirizzata wkoll mill-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg.

 Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend