Fehmiet pożittivi dwar il-kabinett tal-PM Robert Abela – One News

Notifiki

Fehmiet pożittivi dwar il-kabinett tal-PM Robert Abela


L-għada li l-membri tal-Kabinett ħadu l-ġurament tal-ħatra biex iservu fl-irwol ta’ ministru jew segretarju parlamentari, kienu bosta li esprimew il-fehma pożittiva tagħhom għad-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Robert Abela.

Crew ta’ ONE News dalgħodu sebaħ fi strada rjali l-Belt fejn staqsejna lin-nies x’jaħsbu dwar il-kabinett il-ġdid li diġà beda bil-ħidma tiegħu biex ikompli bit-tmexxija tal-pajjiż. Nies li tkellimna magħhom qalulna:

  • “Għalija għoġobni, tajjeb ħafna u magħżul tajjeb.”
  • “Mhux l-aħjar għal malta huxpożittiv hu, pożittiv hu ideat friski.”
  • “Jogħġobni nsibu li huwa orrajt, tajjeb għalina.”
  • “Kien hemm bżonn il-bidla, jalla kull Ministru u Segretarju Parlamentari jagħmel affarijiet ta’ ġid għall-pajjiż.”
  • “Tajjeb għalija għax inbidlu ħafna affarijiet.”
  • “Jien naħseb li sejjer, ħa jmur tajjeb … issa nisperaw.”
  • Ma tantx insegwi jien, imma naf li sar xi tibdil hux hekk daħal ħafna element żagħżugħ – naqbel miegħu jien hekk ta.”

Fit-tfassil tal-Kabinett il-ġdid, il-Prim Ministru Abela ddeċieda li jagħti aktar spazju lid-deputati żgħażagħ li tul is-snin li għaddew qatt ma servew fl-eżekuttiv.

Fil-fatt din l-għaża niżlet tajjeb ħafna man-nies u qalu li jinsabu konvint li l-kabinett il-ġdid se jkompli b’ħidma qawwija biex itejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dawk li tkellimna magħhom stqarrew:

  • “Għażla tajba ħafna għax hemm maturità tal-kbar, hemm l-esperjenza tal-kbar u hemm id-demm ġdid, jitgħallmu mingħandhom.”
  • “Hemm ħafna uċuħ ġodda, hemm xi ftit li ilhom hemm u għandhom ftit esperjenza, importanti wkoll.”
  • “Naqbel dwar dan, għandu jkun hemm nies ta’ esperjenza u għandu jkun hemm żgħażagħ li ħa jagħtu ideat ġodda għalina ż-żgħażagħ ukoll.”
  • “Iktar kemm ikun hemm żgħar iktar aħjar hu.”
  • “Jekk hemm demm żagħżugħ, dejjem aħjar għax jispiċċaw il-kbar u nsibu ż-żgħar.”
  • “Sewwa kulħadd irid jieħu l-iżvillupi tiegħu, jitgħallem u l’ quddiem naraw.”
  • “Għalina aħjar hu għax anke għalihom futur ukoll, iktar jimxi l’ quddiem naħseb il-pajjiż.”

Huwa evidenti li l-Kabinett il-ġdid intlaqa’ tajjeb min-nies li tkellimna magħhom li fi kliemhom sostnew li bit-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, Malta tista’ tibqa’ mixja ’l quddiem kif imxiet f’dawn l-aħħar snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend