Statistika mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea turi li Malta kellha t-tieni l-akbar żieda fil-produzzjoni industrijali f’Novembru li għadda fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-istatistika turi li meta mqabbel ma’ Ottubru li għadda, Malta kellha żieda ta’ 2.6 fil-mija fil-produzzjoni industrijali li hija t-tieni l-ogħla fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-Eurostat qal li l-akbar żieda fil-produzzjoni industrijali ta’ 3 fil-mija ġiet rreġistata fil-Litwanja. Malta kienet segwita mill-Polonja u l-Iżvezja b’1.6 fil-mija.
Żied jingħad li l-produzzjoni industrijali fiż-żona ewro żdiedet b’0.2 fil-mija fil-pajjiżi taż-żona tal-ewro.