Von Der Leyen tifraħ lill-Prim Ministru Abela – One News

Notifiki

Von Der Leyen tifraħ lill-Prim Ministru Abela


Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ferħet lil Dr Robert Abela wara li nħatar uffiċjalment fil-kariga ta’ Prim Ministru ta’ Malta.

“Konvinta li taħt it-tmexxija tiegħek, il-Gvern Malti se jkompli jikkontribwixxi b’mod kostruttiv għall-Ewropa iżjed b’saħħitha u magħquda”, saħqet Von Der Leyen fuq twitter.

F’ittra li bagħtet lil Prim Ministru ta’ Malta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li tinsab fiduċjuża li flimkien mat-tmexxija ta’ Malta tista’ tindirizza sfidi komuni.

Von der Leyen qalet li Dr Abela huwa impennjat għall-proġett Ewropew li fih Malta taqdi rwol importanti.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea għalqet l-ittra billi awgurat lil Dr Abela fil-ħidma tiegħu u saħqet li tħares ‘il quddiem biex tiltaqa’ miegħu dalwaqt.

Ma’ Von der Leyen ingħaqad il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel li filwaqt li awgura lil Dr Abela, laqa’ d-determinazzjoni tal-Prim Ministru Malti li jsaħħaħ is-saltna tad-dritt u jaħdem għall-għaqda.

Intant anki pajjiżi mhux mill-Unjoni Ewropea awguraw lil Prim Ministru Malti Robert Abela.

Fi tweet il-Prim Ministru Ukren Oleksiy Honcharuk feraħ lil Dr Abela u awgura li t-terminu tal-Prim Ministru Robert Abela jġib suċċess lil pajjiżna.

Il-Prim Ministru Ukren qal li jħares ‘il quddiem biex jinfteħu opportunitajiet ġodda f’koperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Huwa saħaq li flimkien mal-Prim Ministru Abela jistgħu jinkisbu aktar riżultati pożittivi.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jien naħseb aħjar tkun kostruttiva hi l-Ewropa fir-rigward taċ-ċkejkna Malta u ddur fuq il-ħniżrijiet tal-pajjiżi l-kbar fi ħdanha għax issa qażżuna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend