Politico titfa’ ħarsitha fuq il-MPE Alex Agius Saliba – One News

Notifiki

Politico titfa’ ħarsitha fuq il-MPE Alex Agius Saliba


Is-sit Politico tefgħet ħarsitha fuq l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba bħala wieħed minn għoxrin ewroparlamentari promettenti li għandhom jiġu segwiti matul din is-sena.

Mal-bidu tal-ħidma leġiżlattiva ta’ din is-sena, Politico elenkat 20 membru parlamentari ewropej li jistgħu jagħmlu isem kbir għalihom infushom permezz ta’ ħidmiethom.

L-Membru Parlamentari Ewropew Laburista ntgħażel minħabba li ser ikun responsabbli mir-rapport tal-Kumitat tiegħu dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Din se tkun biċċa leġiżlazzjoni li mistennija tiġi proposta mill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, u li se tistabbilixxi regoli dwar kif pjattaformi bħal Google u Facebook, jikkontrollaw kontenut illegali online.

F’kummenti ma’ ONE News, Agius Saliba qal li kien sodisfatt li ntgħażel minn fost 751 membri parlamentari.

Dr Agius Saliba stqarr: “Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalija  li wara  sitt xhur li ġejt afdat b’din ir-responsabbiltà minn l-eletorrat Malti sabiex nirrappreżentah hawn hekk fil-parlament Ewropew ġejt magħżul minn politiku bħala wieħed minn 20 membri parliamentarji li għanda noqogħdu attenti għax xogħol li se nkunu qedgħin nagħmlu matul din is-sena matul din il-legistratura.”

Is-sit Politico rrappurta li Agius Saliba ser jaħdem fuq wieħed mill-aktar rapporti tat-teknoloġija bi profil għoli f’dan il-mandat minkejja li qiegħed jaħdem f’ambjent ġdid.

Qalet ukoll li r-rapport tiegħu se jistabbilixxi t-ton dwar kwistjoni li diġà qiegħda tkun meqjusa li ser tkun aktar kontroversjali mir-riforma tad-Drittijiet tal-Awtur.

Dr Agius Saliba sostna: “Waħda mill-aktar prijoritajiet kbar tal-Kummissjoni Ewropea li huwa digital services act. Dan huwa bażikament file fejn jiena bħala rapporter flimkien mal-kollegi oħra fil-Parlament Ewropew ħa nkunu qegħdin inmexxu l-viżjoni Ewropea fejn fost l-oħrjan jidħlu l-pjattaforma diġitali.”

Huwa żied jgħid li din se tkun sifda u se jkun hemm bosta opinjonijiet diverġenti, iżda qal li jinsab lest u determinat li jibqa’ jaħdem għal Ewropea aħjar għaċ-ċittadini Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend