Merkel tifraħ lill-Prim Ministru Abela – One News

Notifiki

Merkel tifraħ lill-Prim Ministru Abela

Il-Kanċillier Angela Merkel ferħet lill-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta, Dr Robert Abela.

F’ittra ppubblikata mid-Dipartiment tal-Informazjoni tal-Gvern Federali, Merkel ferħet lil Dr Abela wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Prim Ministru ta’ Malta.

Il-Kanċillier tal-Ġermanja qalet li ż-żewġ pajjiżi għandhom relazzjoni ta’ ħbiberija ma’ xulxin u qiegħda tħares ’il quddiem li tkompli tkattarha għal koperazzjoni attiva għall-benefiċċju tal-poplu Malti, Ġermaniż u Ewropew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend