Malti titnaqqaslu s-sentenza fil-Polonja – One News

Notifiki

Malti titnaqqaslu s-sentenza fil-Polonja

Qorti tal-appell fil-polonja naqqset sentenza ta’ 4 snin ħabs li ngħatat li żagħżugħ Maltin li kien instab ħati li tajjar u qatel ċiklist Pollakk.

Il-każ seħħ f’Ġunju ta’ sentejn ilu meta l-Malti tajjar u qatel lill-Pollakk. Iż-żagħżugħ kien tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel fiċ-ċiklist waqt li kien qed isuq b’veloċità qawwija, mingħajr liċenzja, u taħt l-effett tal-kannabis.

Is-sentenza tiegħu tnaqqsitlu b’sitt xhur fl-appell wara li l-qorti innotat li ż-żagħżugħ Malti kien għamel użu mill-kannabis, iżda ma kienx taħt l-infuwenza tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend