L-Ewropa targumenta mal-Iran – One News

Notifiki

L-Ewropa targumenta mal-Iran

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit mhux jaċċettaw l-argument tal-Iran li ma jonorax il-ftehim nukleari li kien sar fl-2015 taħt il-Presidenza Amerikana ta’ Barack Obama.

L-Iran rtira mill-ftehim nukleari u se jkompli jipproduċi l-uranju li jista’ anki jintuża għall-armi nukleari.
Dan ġej wara li t-tensjonijiet li eskalaw bejn l-Iran u l-Istati Uniti fl-aħħar jiem wara l-qtil tal-ġeneral Iranjan Qassam Soleimani.

Sussegwentament, l-Iran spara missili ballistiċi lejn żewġ bażijiet militari Amerikani fl-Iraq u bi żball laqat ajruplan Ukren bil-passiġġieri abbord.

Riżultat ta’ dan, il-President Amerikan Donald Trump impona iżjed sanzjonijiet fuq l-Iran.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend