Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ – One News

Notifiki

Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’

Raġel ta’ 45 sena minn Pembroke qed isofri minn ġrieħi gravi wara għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kymco u kawża t’hekk waqa’. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq Sir Adrian Dingli, Pembroke.

Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend