Ir-Reġina tappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u Meghan – One News

Notifiki

Ir-Reġina tappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u Meghan

Ir-Reġina qablet mal-hekk msejjaħ perjodu ta’ tranżizzjoni li fih id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex se jibdew jqattgħu ħinhom fil-Kanada u fir-Renju Unit. Hija wriet appoġġ sħiħ lejn ix-xewqa tagħhom għal dan l-irwol ġdid iżda kienet tippreferi li jibqgħu jagħmlu jwettqu dmirijiethom dawk rjali full time.

Ir-Reġina Eliżabetta tenniet li d-deċiżjonijiet finali għandhom jilħqu l-qofol tagħhom fil-jiem li ġejjin. Dawn it-taħdidiet kellhom isiru hekk kif fil-jiem li għaddew il-Prinċep Harry u Meghan esprimew li riedu jagħmlu pass lura mill-ħajja rjali u jkunu aktar indipendenti.

Fi stqarrija, ir-Reġina qalet it-taħditiet f’Sandringham kien jinvolvi wkoll il-Duka ta’ Wales u d-Duka ta’ Cambridge fejn kien kostruttiv ħafna.

Id-Duka ta’ Cambridge tenna li l-familja tiegħu kompletament jappoġġjaw ix-xewqa ta’ Harry u Meghan.

Filwaqt li qal li minkejja li jipprefuruhom jibqgħu membri tal-familja Rjali b’mod full time jirrispettaw u jifhmu x-xewqa tagħhom li jgħixu ħajja aktar indipendenti bħala familja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend