Il-ġurament tal-PM Robert Abela jiddomina l-gazzetti – One News

Notifiki

Il-ġurament tal-PM Robert Abela jiddomina l-gazzetti


Il-faċċati tal-erba’ gazzetti kienu kollha ddominati mill-ġurament tal-ħatra ta’ Dr Robert Abela bħala l-14-il Prim Ministru ta’ Malta.

Taħt it-titlu, Prime Minister Abela pledges unity, The Times of Malta ppubblikat ritratt ta’ Robert Abela jsellem għall-ewwel darba lill-folla kbira mill-gallerija tal-Palazz Presidenzjali fil-Belt mumenti wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.

Fir-ritratt huwa jidher ma’ martu Lydia, binthom Giorga Mae u l-President ta’ Malta George Vella.

Ritratt simili ddomina wkoll il-faċċata tal-Orizzont bit-titlu “Robert Abela maħtur l-14-il Prim Ministru ta’ Malta.”

Fil-paġni ta’ ġewwa, il-ġurnal ippubblika wkoll ritratti mill-aqwa mumenti tal-jum tal-ħatra filwaqt li l-linja editorjali faħħret id-“Diskors ta’ Determinazzjoni” li kellu l-Prim Ministru Abela waqt l-għeluq tal-Kungress tal-Partit Laburista.

Il-Malta Independent ippubblikat ritratt tal-Prim Ministru waqt it-teħid tal-ġurament tal-ħatra wara li ħalef li jaqdi fedelment id-dmirijiet tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta.

Fil-paġni ta’ wara, il-gazzetta inkludiet ukoll ritratt tal-grupp Parlamentari Laburista kollu maqgħud fi tmiem l-ewwel laqgħa taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Abela f’Kastilja.

Il-gazzetta rrapportat ukoll l-ewwel indirizz li għamel lin-nazzjon.

Il-gazzetta in-Nazzjon ippubblikat ukoll ritratt tal-Prim Ministru Abela waqt il-ġurament tal-ħatra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend