Il-bejgħ f’Jannar aħjar minn dak mistenni – One News

Notifiki

Il-bejgħ f’Jannar aħjar minn dak mistenni


Il-bejgħ f’Jannar jinsab ferm aħjar minn dak mistenni.

Sostniet dan il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Intrapriżi ż-żgħar u medji Abigail Mamo.

Il-GRTU sostniet li ħafna negozji Maltin għażlu li jibdew bis-sales ta’ Jannar mis-26 ta’ Diċembru.

Sales li eventwalment jidher li qed iħallu mpatt pożittiv fil-bejgħ min-negozji.

Mamo spjegat: “Milli rajna din is-sena jidher li jidher li dawk li għamlu sales sejrin tajjeb u anke qegħdin jirkupraw fuq xi losses li kellhom iktar tard is-sena li għaddiet.”

Hija spjegat ukoll kif mal-Milied u l-ewwel tas-sena l-bejgħ qabad ir-ritmu. Mamo komplet tfisser: “Iktar viċin il-Milied u New Year il-business beda diġà jippeakja għax ovvjament kulħadd umbgħad ċertu xiri jrid isir xorta imma l-businesses iħossuhom aħjar bħalissa. Ċertu inkwiet li kellhom fuq moħħhom li n-negozji ser jibqgħu sejrin ħażin telqilhom bħalissa għaliex f’January beda sejjer pjuttost tajjeb.”

Intant Mamo spjegat ukoll kif il-GRTU għamlet studju dwar il-bejgħ matul is-sena l-oħra li mistenni joħroġ il-ġimgħa d-dieħla.

Mamo temmet tgħid li “Dan is-survey ser joħroġ il-ġimgħa d-doeħla u ser inkun f’pożizzjoni li nistgħu ngħidu aktar biċ-ċar anke bi statistika ta’ x’aħna qegħdin nistennew u x’ġara s-sena l-oħra.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend