Ħadd ma weġġa’ wara li erba’ vetturi ħadu n-nar f’Bulebel – One News

Notifiki

Ħadd ma weġġa’ wara li erba’ vetturi ħadu n-nar f’Bulebel

Erba’ vetturi ħadu n-nar matul il-lejl għall-ħabta ta’ 23:50 fil-car park taż-żona industrijali f’Bulebel.

Il-Pulizija ġiet infurmata u immedjatament waslet fuq il-post flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-vetturi li ħadu n-nar huma tat-tip Renault, Citroen u tnejn Ford. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

In-nar mhux magħruf kif beda għaldaqstant il-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend