Fil-Ġappun: Plejer ta’ 52 sena ffirma kuntratt ġdid – Dan se jkun il-35 staġun tiegħu – One News

Notifiki

Fil-Ġappun: Plejer ta’ 52 sena ffirma kuntratt ġdid – Dan se jkun il-35 staġun tiegħu

Filwaqt li ħafna plejers tal-futbol fl-età ta’ 52 sena jkunu rtiraw, il-plejer Kazuyoshi Miura m’għandu l-ebda intenzjoni li jirtira, tant li ffirma kuntratt ġdid.

L-attakkant Ġappuniż imlaqqam ‘King Kazu’ iffirma kuntratt ġdid ta’ 12-il xahar mal-klabb tal-ewwel diviżjoni Yokohama. Dan ifisser li dan se jkun il-35 staġun tal-karriera professjonali tiegħu.

Miura li jagħlaq 53 sena fi Frar li ġej, lagħab biss tliet darbiet l-istaġun li għadda mat-tim ta’ Yokohama li kiseb il-promozzjoni mit-tieni diviżjoni tal-league Ġappuniż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend