Daqshekk tbatija għaċ-ċkejken Noah – One News

Notifiki

Daqshekk tbatija għaċ-ċkejken Noah

Iċ-ċkejken Noah ħalla din id-dinja wara li kienu ilu erba’ snin jissielet mal-marda kiefra tal-kanċer. Fi Frar huwa kien ħa jagħlaq 6 snin.

Huwa siefer kemm-il darba barra minn xtutna sabiex jieħu l-kura minħabba li kellu tumur f’rasu. Dan anke bl-għajnuna ta’ Puttinu Cares u l-Malta Community Chest Fund.

Noah kien jmur l-iskola primarja tal-Mosta fejn sab ħafna għajnuna sabiex jkun jista’ jimxi ‘l quddiem akkademikament minkejja li kien qiegħed jissielet din il-marda kiefra.

Fil-ħin li ġej mistennija jingħataw id-dettalji tal-funeral, imma l-familjari diġà appellaw biex dawk li se jattendu ma jilbsux l-iswed.

Fuq il-midja soċjali l-għaqda Puttinu Cares esprimiet is-sogħba tagħha għal din it-telfa. Il-messaġġ ta’ Puttinu Cares kien: “Tir mal-anġli sbieħ bħalek. Inħobbuk u nżommuk dejjem f’qalbna. Ħu ħsieb lill-ġenituri tiegħek u l-oħtok mill-ġenna.”

Aqra wkoll:

Għada se jsir il-funeral taċ-ċkejken Noah

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend