Appell għall-għoti tad-demm – One News

Notifiki

Appell għall-għoti tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għal darba oħra qed jappella għal iktar donazzjonijiet tad-demm, partikolarment tat-tipi O positive, O negative u A negative.

 Jekk id-donazzjonijiet tad-demm ma jsirux b’mod immedjat hemm riskju kbir li ammont ta’ operazzjonijiet jiġi ikkanċellati.

L-għoti tad-demm għadu jsir minnufih fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġia li llum ser ikun miftuħ sas-6:00 ta’ filgħaxija.

 F’Għawdex, Illum It-Tlieta 14 ta’ Jannar, jistgħu jsiru donjazzjonijiet tad-demm fil-Berġa tax-Xewkija mis-1:00 ta’ waranofsinhar sal-5:00 ta’ filgħaxija.

Wieħed għandu jieħu miegħu karta tal-identità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend