Salvat wara tliet ġimgħat maqbud fl-Alaska – One News

Notifiki

Salvat wara tliet ġimgħat maqbud fl-Alaska

Tayson Steele, ta’ 30 sena ġie salvat wara li għex aktar minn tliet ġimgħat maqbud f’żona rimota fl-Alaska bi ftit ikel u kenn.

L-Awtoritajiet tal-Istat salvaw lir-raġel wara li l-kabina li kien fiha nqerdet għall-kollox bin-nar. Huwa għex f’temperaturi li niżlu taħt iż-żero permezz ta’ ikel tal-laned li ma nqeridx bin-nar kif ukoll bena kenn għalih mit-tifrik tal-kabina.

L-awtoritajiet sabu lil Steele meta l-familja tiegħu talbuhom biex jiċċekjaw dwaru. L-awtoritajiet sabuh permezz tal-kitba SOS li kiteb fil-borra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend